BACK TO MPA HOMEPAGE

Riżoluzzjoni fuq il-Kura Medika tat-Tfal
fl-Isptar San Luqa

L-Assoċjazzjoni tal-Pedjatrija ta’ Malta, f’laqgħa ġenerali straordinarja fit-18 ta’ Mejju 2006, tirriżolvi b’vot unanimu dan li ġej:

A. L-Assoċjazzjoni tal-Pedjatrija ta’ Malta hi mħassba ħafna dwar il-livell ta’ kura medika u s-sigurtà tal-pazjenti li jistgħu ikunu provduti minn Senior Registrar wieħed waħdu waqt il-ħin ta’ l-għassa fid-Dipartiment tal-Pedjatrija, fl-Isptar San Luqa, u tinnota li:

  1. Hemm nuqqas serju u kroniku ta’ Senior Registrars biex jipprovdu servizz ta’ emerġenza fis-sala tal-kura intensiva tat-trabi u tfal (SCBU), is-sala tal-maternità, in-nursery, is-swali tat-tfal u d-dipartiment tal-emergenza.
  2. Is-Senior Registrar ta’ l-għassa qed ikun imġiegħel jaħdem f’kundizzjonijiet fiżiċi u mentali inaċċettabbli, mingħajr provvediment għal ħin ta’ mistrieħ adekwat biex jassigura li ma ssirx ħsara lilu innifsu u lill-pazjenti.
  3. L-SCBU baqgħet tkun fir-responsabilità ta’ tabib tat-tfal wieħed għal tul ta’ 17-il siegħa jew 24 siegħa mingħajr interruzzjoni minkejja ż-żieda kbira (i) fil-komplessità u l-livell tal-kura medika (ii) fl-aspettattivi tal-pazjenti, u (iii) id-diffikultajiet li jinħolqu minħabba ħsarat tas-spiss fl-apparat mediku.
  4. Id-Direttur Ġenerali tas-Saħħa kien mgħarraf dwar dawn il-problemi f’ittra tat-8 ta’ Marzu, 2006, iffirmata mill-Konsulenti tal-Pedjatrija u Senior Registrars, għal liema ittra sa llum ma rċivejniex acknowledgement.

B. L-Assoċjazzjoni tal-Pedjatrija ta’ Malta tappella lill-Ministru tas-Saħħa, id-Direttur Ġenerali tas-Saħħa, u d-Direttur tal-Pedjatrija biex:

  1. Jiżdied in-numru ta’ speċjalisti tat-tfal bla telf ta’ żmien biex jipprovdu servizz fuq il-post fl-SCBU mingħajr interruzzjoni filwaqt li jkunu jistgħu jattendu wkoll għall-emerġenzi oħra fl-isptar.
  2. Jassiguraw li t-tobba kollha ta’ l-għassa jingħataw mistrieħ kompensatorju biex jissalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurta tagħhom u tal-pazjenti.
  3. Iwaqqfu t-telf ta’ speċjalisti ta’ tfal minħabba riżenji riżultat tal-kondizzjonijiet sejrin mill-ħażin għall-agħar.
  4. Jiżdied sostanzjalment in-numru ta’ tobba fid-Dipartiment tal-Pedjatrija.

18 ta’ Mejju 2006

BACK TO MPA HOMEPAGE