BACK TO MPA HOMEPAGE

Xi Aspetti fuq il-Mortalita' u Kura ta` Trabi
li Jitwieldu wara Riproduzzjoni Assistita

Dr Paul Vassallo Agius MD, FRCP, FRCOCH, DCH

Meta wiehed juza t-teknologija ta` riproduzzjoni assistita, jitpoggew fil-guf numru ta` embriji (bajd tal-mara fertilizzat bl-isperma tar-ragel jew ta’ donatur). Dan in-numru jvarja minn tnejn sa hamsa jew sitta, u kultant aktar ukoll. Minn dawn certu numru, per ezempju wiehed, tnejn, tlieta jew aktar, jirnexxu u jekk ma jkunx hemm korriment it-tqala tkompli. Hija haga naturali li jekk fil-guf ikun hemm tqala bi tnejn jew tlieta jew aktar embriji ikun hemm inqas spazju fejn jikbru, minkejja l-fatt li l-guf jikber hafna biex jipprova jakkomoda l-embriji li jkun hemm. Konsegwenza ta` dan jigri li t-trabi jitwieldu qabel iz-zmien, u jkunu zghar u immaturi. Dawn ikollhom diversi problemi mill-mument li jitwieldu, bhal problemi tan-nifs, problemi ta` trawma, infezzjonijiet, nutriment u ohrajn. Dawn il-problemi jirrikjedu kura intensiva bil-ghaqal, li s-servizz mhux dejjem ikun jiflah ghaliha.

Studji recenti f`gurnali bhal The lancet jiffokaw fuq din iz-zjieda ta` twelid ta` tewmin, triplets u aktar (higher order births), bl-implikazzjonijiet li jista` jkollhom fuq is-servizz ghat-trabi, mhux biss tal-kura intensiva immedjata izda wkoll wara, ghal dawk li jkunu bi bzonnijiet specjali, li qed tissejjah epidemija li grat rizultat ta` riproduzzjoni assistita. Mhux hekk biss, izda t-trabi vijabbli li jitwieldu u ma jghixux jista` jkollhom impatt fuq l-infant mortality rate tal pajjiz – in-numru ta` trabi li jmutu taht sena minn kull elf li jitwieldu hajjin f`sena. Wiehed ghandu jkun jaf illi normalment ic-cans li jitwieldu tewmin huwa par biss f`madwar disghin tqala, waqt li madwar erbghin minn kull mitt tqala b`riproduzzjoni assistita jitwieldu tewmin. Figuri ta` kemm jitwieldu trabi f`Malta wara riproduzzjoni assistita, u kemm minnhom imutu qabel ma jaghlqu s-sena ma gewx pubblikati, izda ghandu jsir sforz biex dawn jingabru, biex wiehed jista` jikkalkula l-impatt fuq l-infant mortality rate. Billi din hija baxxa hafna ghal Malta, wiehed jissopponi li l-impatt probabbilment huwa negligibbli.

X`jigri minnhom dawk li jibqghu hajjin? Minn kull mitt tqala assistita, madwar erbghin fil-mija jitwieldu tewmin, waqt li normalment f`kull mitt tqala mhux assistita jitwieldu kemmxejn aktar minn par wiehed tewmin (par kull disghin tqala). Jekk niehdu kumplikazzjonijiet tas-sistema nervus (neurological sequelae), tewmin li jitwieldu wara riproduzzjoni assistita ghandhom l-istess riskju ta’ dawn il-kumplikazzjonijiet bhal tewmin naturali (jigifieri li jitwieldu minghajr ghajnuna), jew inkella bhal trabi wahdiet (single births) wara riproduzzjoni assistita. Wiehed ghahekk jista` jikkonkludi li jkun hemm aktar tfal bi bzonnijiet specjali minhabba li n-numru totali ta` tewmin jizdied meta tintuza riproduzzjoni assistita. Naturalment dan in-numru jonqos jekk jitpogga embriju wiehed biss fil-guf. Dan naturalment inaqqas ic-cans li jkun hemm tqala, izda jekk tirnexxi hemm anqas cans li t-tarbija jkollha problemi. Xorta jibqghu problemi etici u morali tal-process innifsu, barra mill-fatt li l-ispiza tkun akbar, ghax ic-cans ta` tqala meta timpjanta embriju wiehed huwa anqas milli kieku jitpoggew tlieta jew aktar embriji. Sadattant, ic-cans ta` kumplikazzjonjiet fis-sistema nervus f`tewmin konceputi b`mod naturali huwa aktar minn f`dawk li twieldu wahdiet (single births).

Kieku wara hyperstimulation wiehed jista` jiffriza l-bajd mhux fertilizzat kif ukoll l-isperma, separatament, u jiehu bajda wahda biss u jiffertilizaha bl-isperma, u jpoggieha fil-guf, jekk it-tqala ma tirnexxix wiehed jista` jirrepeti l-process billi juza bajda ohra u jiffertilizzaha. Dan isolvi l-problemi ta` kif tiddisponi mill-embriji li jigu ffrizati biex jintuzaw jekk it-tqala ma tirnexxix. M`hemm l-ebda problema etika jekk wiehed jiddisponi minn bajd mhux fertilizzat.

Lulju 2005

BACK TO MPA HOMEPAGE